L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA, fetħet konsultazzjoni pubblika dwar is-siti ta’ Natura 2000. Dan bil-għan li jkunu aktar protetti u anki l-ispeċi li jgħixu fihom.
F’din il-konsultazzjoni tinkludi t-13-il sit li jaqgħu taħt in-Natura 2000.
Dawn jinkludu: l-inħawi ta’ Pembroke, il-Maqluba, is-Simar, is-Salini, l-Għadira s-Safra u l-Iskoll tal-Għallis, l-inħawi tar-Ramla tat-Torri u tal-Irdum tal-Madonna, Għar Dalam, iċ-Ċittadella, il-Ballut ta’ Marsaxlokk, l-inħawi tal-Għadira, Fifla u l-gżejjer ta’ madwarha, il-Gżejjer ta’ San Pawl u l-Magħluq tal-Baħar ta’ Wied il-Għajn.
Wieħed jista’ jgħaddi s-suġġerimenti tiegħu fuq era.policy@era.org.mt jew fuq is-sit publicconsultation.gov.mt.