Riżultat mill-aqwa għat tim ta’ Luxol St. Andrews Futsal Club li bħalissa qed jikkompeti fil-main round tal-UEFA Futsal Champions League.
Fl-istess grupp ma’ Luxol hemm Futsal Klub Lučenec tas-Slovakkja, Georgians Tbilisi tal-Ġorġja u Akaa Futsal tal-Finlandja.
Fl-ewwel partita tagħhom Luxol lagħbu kontra Georgians Tbilisi fejn kisbu rebħa ta’ 2 – 1 b’gowls ta’ Celino Alves u Maikinho.
Il-Ħamis Luxol St. Andrews lagħbu t-tieni partita tagħhom fejn kisbu tlett punti oħra f’rebħa ta’ 4 – 1 kontra il-Finlandiżi. Il-gowls fil-partita tal-Ħamis kienu skurjati minn dopjetta ta’ Da Conceicao u gowl kull wieħed minn Răducu u Vevé.
Luxol bħalissa jinsabu jaqsmu l-ewwel post b’sitt punti mat-tim ta’ Futsal Klub Lučenec li wkoll kisbu l-punti massimi fi-żewġt partiti li lagħbu.
Iż-żewġt timijiet jkunu fl-azzjoni s-Sibt fit-tielet partita ta’ Grupp 7, partita li ser tintlagħab fl-Športová hala Arena f’Lučenec u tibda’ fis-19:00.
Ritratt: Joe Borg / Luxol St. Andrews Futsal Club