Forzi tas-Sigurtà Sirjana kienu involuti f’battalja mill-ikbar kontra r-ribelli li qed jokkupaw żoni fl-inħawi ta’ Damascus.
Kienu r-ribelli li sparaw numru ta’ rockets li spiċċaw fil-qalba tal-kapital bħala attakk li sejħulu bħala wieħed ‘sorpriża’.
L-attakk beda kmieni l-Ħadd filgħodu permezz ta’ karozzi bomba u kif ukoll bombi suwiċida. Il-midja qed issostni li l-istess ribelli għamlu użu minn xi passaġġi taħt l-art li kienu sigrieta.
Il-militar qal li l-missjoni li jimbuttaw lir-ribelli lura, irnexxiet.
Ajruplani militari tal-Gvern sparaw madwar 30 attakk mill-ajru fuq żoni li huma maħtufa mir-ribelli.