Ġiet inawgurata binja ġdida ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Ħaż-Żebbuġ, li tinkorpora fiha erba’ appartamenti.
Din il-binja ġiet inawgurata mill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, Roderick Galdes.
Ġie spjegat li dan l-investiment sar b’investiment ta’ nofs miljun ewro.
Il-Ministru Galdes sostna li proġetti bħal dawn ikomplu mhux biss jindirizzaw realtajiet soċjali, iżda wkoll bl-implimentazzjoni tal-istess proġetti, kif ukoll b’miżuri u skemi imħabbra f’dan is-settur, qiegħed jitħalla impatt tanġibbli f’ħajjet numru sostanzjali ta’ familji Maltin.