Il-Gvern nieda l-verżjoni finali tal-Politika Nazzjonali għall-Użu tal-Enerġija Rinnovabbli Offshore, li sar mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma.
Dan tnieda mill-Ministru responsabbli mill-Enerġija, Miriam Dalli, waqt it-tielet Konferenza Nazzjonali tal-Enerġija.
Din il-policy tispjega l-pjan ta’ pajjiżna biex tisfruttua l-enerġija rinnovabbli offshore permezz ta’ sitt żoni strateġiċi, b’żona identifikata bħala s-sit preferut għall-enerġija mir-riħ offshore fuq strutturi fuq il-baħar.
Il-Ministru Dalli spjegat li dan il-proġett hu kruċjali. Waqt li saħqet li “sal-2030, l-għan tagħna huwa li nżidu s-sehem tagħna ta’ enerġija rinnovabbli fl-energy mix għal 25% u nkunu newtrali għall-klima sas-sena 2050.”
“Issa bil-fatt li għandna l-Offshore Renewable Policy li hija ffinalizzata jfisser li nistgħu nibqgħu għaddejjin bil-passi li jmiss, ħalli nkunu qegħdin naraw ukoll l-interess li jeżisti għall-proġetti tar-rinovabbli offshore, primarjament bl-użu tat-teknoloġija tar-riħ.”
Il-Ministru Dalli spjegat li dan id-dokument huwa wieħed nazzjonali, waqt li fih dan il-policy jinkludi l-kummenti li għaddew l-imsieħba soċjali.
“Dawn il-proġett la darba jimmaterjalizzaw ikunu ta’ benefiċċju għal pajjiż kollu kemm hu u li verament ipoġġi lil pajjiżna fuq quddiem nett fit-tranżizzjoni enerġetika.”