Inclusive Media tħabbar l-ewwel sensiela televiżiva LGBTIQ+ għat-televiżjoni lokali li ser tixxandar esklussivament fuq ONE minn Jannar 2025. Bi produzzjoni eżekuttiva ta’ Brandon Terribile, li huwa wkoll id-direttur u l-awtur ta’ KWIR.
KWIR iġib narrattiva friska u eċċitanti għat-televiżjoni lokali u se jiffoka fuq l-istejjer taż-żgħażagħ, il-familja u l-iskoperta
personali. KWIR hija sensiela vivaċi u orjentata għall-familja li tiċċelebra d-diversità, billi tesplora l-ħajja taż-żgħażagħ hekk kif jgħaddu mill-isfidi tal-imħabba, l-identità, u l-aċċettazzjoni.
Bi prestazzjonijiet drag, stejjer dwar persuni transġeneru u l-isfidi li jsibu ma’ wiċċhom iż-żgħażagħ LGBTIQ+ fid-dinja tal-futbol, din is-sensiela toffri taħlita ta’ emozzjonijet, imħabba, komiċita’ u spettaklu li jagħmluha mmirata għall-udjenzi ta’ kull età.
Il-Kast jinkludi wħud mill-aktar atturi ta’ talent f’Malta u persuni popolari fix-xena, bħalma huma Frida Cauchi, Inez Farrugia, Sarah Camilleri, Luke Andre Camilleri, Miguel Muscat, Tania Schembri, Olivia Lilith, Sheyonce, Trihanna Wilde, Marthese Mangion, u Michelle Zerafa.
Illum, qed nippublikaw ritratti esklussivi minn KWIR: