‘Pink and Blue Conversations’ kienet it-tema ta’ diskussjoni miftuħa mtellgħa mill-Pink October-Movember Malta, fil-preżenza wkoll tal-Ministru għas-Saħħa, Jo Etienne Abela.
Din id-diskussjoni mhux biss rat parteċipazzjoni ta’ nies minn diversi oqsma f’pajjiżna, minn minn professjonisti sa pazjenti, iżda wkoll mistiedna speċjali internazzjonali minn għaqdiet li jaħdmu favur aktar għarfien dwar il-varji forom tal-kanċer.
B’kollaborazzjoni mal-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, l-attività rat is-sehem ta’ rappreżentanti mill-għaqda Europa Uomo, fost l-oħrajn.
Tkellimna ma’ tnejn mill-membri ta’ din l-għaqda magħrufa internazzjonalment.
“We’re here to work together, plan and create together, and we are happy for the hospitality.
“We are looking forward for better cooperation and to follow our targets for prostate cancer and the prevention of it.”
Tkellimna wkoll maċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, li spjegatilna kif persuni li jimirdu bil-kanċer, grazzi għar-riċerka jistgħu jkomplu jgħixu ħajjithom.
“Naqbdu din il-konverżazzjoni, dwar suġġetti li ħadd ma jitkellem dwarhom, eżempju l-kanċer fl-irġiel. Il-focus illum hu l-kanċer tal-irġiel, l-aktar komuni tal-prostata, tat-testikoli, xi tfisser li jkollok dan il-kanċer u x’inhi l-ħajja wara li jkollok dan il-kanċer.”