Il-forza tal-ajru tat-Turkija attakkaw siti militanti Kurdi fl-Iraq u s-Sirja b’ritaljazzjoni apparenti għall-attakk fuq kumpanija tad-difiża ewlenija mmexxija mill-istat li fih inqatlu 5 persuni u ndarbu aktar minn 20 oħra.
Il-Ministeru tad-Difiża qal li aktar minn 30 mira ġew meqruda f’operazzjoni bl-ajru iżda ma pprovdiex dettalji dwar il-postijiet li ntlaqtu. Fid-dikjarazzjoni qalu li ttieħdu l-prewkawzjonijiet kollha biex ma jweġġgħux ċittadini innoċenti.
Dan l-attakk seħħ ftit sigħat wara li żewġ persuni, ssuspettati li huma militanti Kurdi, tefgħu splussivi u fetħu n-nar fil-kumpanija aerospazjali u tad-difiża TUSAS.
Il-ministru tal-intern Ali Yerlikaya qal li ż-żewġ attakkanti, raġel u mara, inqatlu u akkuża lil-partit militanti tal-ħaddiema Kurdi, l-PKK, bħala l-moħħ wara dan l-attakk.