Ġie ffirmat ftehim ma’ 8 Kunsilli Lokali li permezz tiegħu d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni kompliet twessa’ l-operat tagħha. Dan il-ftehim isegwi ieħor li sar aktar kmieni din is-sena ma’ 12-il Kunsill Lokali ieħor, biex issa total ta’ 20 lokalità se jkunu qed igawdu minn investiment fir-riżorsi umani u makkinarju biex jitnaddfu toroq residenzjali.
s-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield sostna li l-Gvern wettaqna investimenti li qed iħallu l-frott. Permezz ta’ dawn il-ftehimiet li qed isiru, l-operat tal-Gvern fl-indafa pubblika qiegħed ikompli jespandi u permezz t’hekk, in-nies qed ikomplu jħossu d-differenza. Il-bażi ta’ dawn il-ftehimiet tibqa’ dejjem il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni, biex permezz t’hekk jkunu jistgħu jifmubl-aħjar mod ir-realtajiet uniċi ta’ kull raħal u belt.
Is-Segretarju Parlamentari fisser ukoll kif wasal iż-żmien li fil-pajjiż jiġu introdotti kunċetti ġodda ta’ pieni għal min jinqabad iħammeġ.
Min-naħa tiegħu, id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni Ramon Deguara spjega kif id-Diviżjoni hija impenjata favur pajjiż aktar nadif u organizzat.
It-tmien Kunsill Lokali li ffirmaw dan il-ftehim għall-5 snin li ġejjin huma dawk tal-Birgu, Ħal Għaxaq, il-Gudja, il-Gżira, Marsaskala, l-Imqabba, ir-Rabat, u l-Marsa.