Analiżi mill-kumpanija internazzjonali William Russell dwar il-pajjiżi favoriti mal-barranin irtirati fejn jixtiequ jgħixu l-aħħar parti ta’ ħajjithom, Malta kklassifikat fis-seba’ post minn madwar id-dinja.
Ir-riċerka, li analizzat l-iżviluppi sa mill-1990 fil-moviment tal-bniedem favur għajxien aħjar b’livell għoli tal-ħajja, sabet li l-Korea t’Isfel hi l-aktar imfittxija fid-dinja, waqt li l-Bulgarija u Spanja kienu l-ewwel preferuti fost il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.
Hu stat ta’ fatt kif pajjiżna, fl-aħħar snin, sar il-bażi għal diversi persuni li għażlu li jittrasferixxu ruħhom fostna, partikolarment Britanniċi rtirati li jaraw il-ħajja fil-gżejjer Maltin simili ħafna għal dik f’art twelidhom, iżda b’laqta aktar familjari u, fuq kollox, temp li rarament jiddiżappunta.