Waqt xogħlijiet li qed isiru mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi biswit l-Isptar Mater Dei, fuq parkeġġ għall-ħaddiema tal-isptar, instab qabar Puniku ta’ madwar 2,300 sena ilu.
Dan intqal fi stqarrija mill-FMS, fejn intqal li s-Supretendenza għall-Wirt Kulturali kienet preżenti mill-bidu tal-proġett biex tosserva u tistudja skoperti potenzjali li setgħu jinstabu waqt ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett.
Arkeoloġisti mis-Sovrentendenza sabu oqbra b’iġsma u affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-oqbra.
Intqal li issa li l-artifatti u l-iġsma tneħħew mis-sit b’mod mill-aktar metikoluż, se jitkompla x-xogħol fuq il-parkeġġ għall-ħaddiema tal-isptar. Dan il-parkeġġ se jakkomoda aktar minn 130 vettura.