Bdiet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Charlton Mifsud ta’ 39 sena mill-Imqabba, li qed ikun akkużat fil-Qorti li aggredixxa u hedded tliet uffiċjali tal-Pulizija fl-Għassa f’Tas-Sliema.
Fis-seduta tal-lum telgħu fuq il-pedana tax-xhieda l-allegati vittmi, bl-ewwel kuntistabbli, jgħid li l-imputat beda jgħajjat u jsabbat fuq il-perspex. Uffiċjali oħrajn preżenti ppruvaw jimmantetjaw lil Mifsud iżda dan irrifjuta li jikkopera.
Fix-xhieda ntqal li l-akkużat anke beda jidgħi u jheddedihom u meta nfurmawh li jinsab taħt arrest, ta daqqa ta’ ponn lill-pulizija, b’konsegwenza ta’ dan spiċċa bil-polz miksur.
Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, bid-digriet jingħata aktar ‘il quddiem.