F’referendum, il-Moldova vvotat favur li tidħol fl-Unjoni Ewropea.
Id-differenza bejn dawk li vvotaw favur u dawk kontra kien bi ftit voti.
Tant li dawk li vvotaw favur kienu jgħoddu għal 50.3% u dawk kontra kienu jgħoddu għal 49.7%. Bid-differenza fil-voti hi ta’ ftit aktar minn 700 vot.
Dan ir-riżultat ifisser li l-Moldova se tibda l-proċess li jkun hemm tibdil fil-kostituzzjoni tal-pajjiż bil-prinċipji tal-Unjoni Ewropea.
L-uffiċjali ta’ dan il-pajjiż qed jimmiraw li jkunu stati membri tal-Unjoni Ewropea sal-2030.