Melita ħasdu lil Balzan meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0, biex b’hekk kisbu t-tieni rebħa matul dan l-istaġun. Peremzz ta’ din ir-rebħa, Melita telgħu fis-seba’ post tal-klassifika filwaqt li qabżu lil Balzan b’punt.
Kienu Melita li ħolqu l-ewwel periklu fil-ħames minuta meta l-Brażiljan Andre kellu x-xutt tiegħu li ntemm ftit barra.
Balzan wieġbu fid-19-il minuta meta Jan Busuttil għadda tajjeb lejn Ayo Akpan li l-ewwel kellu x-xutt tiegħu salvat mill-goalkeeper ta’ Melita Gosef Mizzi, sabiex mir-rebound l-istess attakkant tefa’ għoli.
Fis-26 minuta reġa’ kien Akpan li ħoloq il-periklu għat-tim tiegħu iżda kellu xutt mill-viċin tiegħu salvat għal darb’ohħa minn Mizzi.
Dan sabiex fit-33 minuta Melita fetħu l-iskor meta Andre ra x-xutt tiegħu salvat parzjalment mill-goalkeeper ta’ Balzan, Danilo Golovic, biex mir-rebound, JEAN PIERRE ATTARD tefa’ ġewwa.
Melita reġgħu ħolqu l-periklu fit-38 minuta eta Nick Cutajar venven xutt minn barra l-kaxxa li ntemm ftit barra.
Fit-53 minuta, Melita rduppjaw l-iskor meta Andre Carlos Pena da Costa indirizza cross-shot fid-direzzjoni ta’ JESUS ANDRE li mill-viċin tefa’ l-ballun fix-xibka.
Melita komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.
Referee: Alex Johnson
Plejer tal-Logħba: Andre Carlos Pena da Costa (Melita)