Fi tmiem din l-ġimgħat inkluż il-Ħadd filgħaxija, il-grupp mużikali Ingliż , it-‘Take That’ tella’ kunċert mimli spettaklu, kemm fil-mużika kif ukoll fejn jidħol il-viżiv, fiż-żona tal-kunċerti f’Ta’ Qali.
Din iż-żona li saret b’investiment ta’ madwar 16-il miljun ewro, diġa’ rat kunċerti kbar bħal dak ta’ Ed Sheeran li ttela’ f’pajjiżna fis-26 ta’ Ġunju li għadda kif ukoll dak ta’ Liam Galleger li sar bejn id-19 u t-22 ta’ Settembru
Il-palk tal-lejla kien mgħammar b’numru ta’ speakers li jassigurwa li kull persuna tkun tista’ tgawdi l-ispettaklu. Apparti minn hekk, fuq in-naħa ta’ wara tal-palk hemm screen kbir li jippermetti li tiġi proġettata grafika fuq skala kbira.
Crew ta’ ONE News żar iż-żona tal-kunċerti f’Ta’ Qali u ħa l-kummenti ta’ dawk preżenti dwar l-atmosfera li kien hemm.
“The venue is amazing. We come from England and this venue is actually the best we have ever been to.
The venue is brilliant actually, yeah, very good, very good venue we had everything we needed there.
Il-venue għoġobni ħafna għaliex jidher li hija atrezzata tajba u jidher li hemm biżżejed amenities għall-ħafna nies, biex tilqa’ lil ħafna nies jiġifieri.
I think it’s an amazing venue, with lots of space, a good atmosphere, and a really good time. Good stage, good atmosphere nice and high, you can see it all.
It’s beautiful, we love it, we were here last night and really liked it. It was good, accessible, drinks were flowing, and the concert was amazing.”