Ħaten Beppe Fenech Adami, Kevin Cassar ħareġ iqabbel lill-Prim Ministru Robert Abela mal-mexxej tal-Unjoni Sovjetika Joseph Stalin.
F’opinjoni li kiteb fuq il-gazzetta The Malta Independent tal-Ħadd, Kevin Cassar magħruf li huwa midħla sew mal-establishment Nazzjonalista u eks kandidat tal-PN fl-2017 li spiċċa ma nġabarx, mhux darba jew tnejn narawh jiftaħ dawn it-tip ta’ attakki fil-konfront tal-Prim Ministru u nies oħra.
Fil-fatt fl-attakk ta’ din il-ġimgħa Kevin Cassar inkluda lill-kantanta Maltija Ira Losco u lit-Tenur Nazzjonali Malti Joseph Calleja.
Filwaqt li għamel artiklu sħiħ jagħtina l-istorja dwar żmien l-Unjoni Sovjetika, fejn fetaħ attakk ġdid kontra l-Partit Laburista fil-Gvern u qabbel lit-tmexxija tal-pajjiż ma’ dan iż-żmien ta’ wara t-tieni gwerra dinjija, huwa semma lil dawn iż-żewġ artisti Maltin.
Cassar akkuża lil Losco u Calleja, li t-tnejn għamlu isem għalihom u għal pajjiżna fuq livell nazzjonali u internazzjonali, li kienu huma biss li ġew issapportjati finanzjarment minn dan Gvern għax fi kliemu “huma leali lejn il-partit.”
Il-każini tal-baned u l-kmamar tan-nar ukoll ġew fi lsienu, għax kien Gvern Laburista li emmen u investa fihom.
Iżda għax il-Gvern joħroġ skemi finanzjarji varji sabiex itaffi ftit mill-piż ta’ dawn l-għaqdiet volontarji ħalli jżommu t-tradizzjonijiet Maltin ħajjin, għall-eks kandidat Nazzjonalista din hija xi ħaġa ħażina.
Kevin Cassar għokritu għajnu wkoll għall-fatt li l-ONE jitkellem fuq nies bħal l-Ewroparalamentari Roberta Metsola, il-Kap Bernard Grech, il-blogger Manuel Delia, ħu Karol Aquilina, Robert Aquilina, Mark Camilleri u l-eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li dan l-aħħar instab ħati b’malafama u gideb mill-Qorti.