Missier ta’ 46 sena mill-Fgura, ammetta li darab lil bintu u beżża’ lil martu f’argument li seħħ fir-residenza tagħhom.
Ir-raġel kien akkużat li beżża’ lil martu, ħebb għal bintu t’20 sena wara li eskala argument dwar il-flus.
Intqal, kif il-mara ħbiet is-skieken tad-dar wara li r-raġel heddida li se jużahom. Minn risk assessment li sar, irriżulta li huma ma kinux f’riskju għoli.
Ir-raġel, tpoġġa taħt probation għal 3 snin u ħarġet ordni ta’ trattament għal 3 snin, biex jindirizza l-problema tar-rabja.
Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ trażżin favur il-vittmi u wissiet lir-raġel biex ma jersaqx lejn martu u bintu.
Minħabba li l-koppja għandhom iben minuri, il-Qorti tat permess lill-imputat jikkuntattja lill-mara biss f’każ li jridu jitkellmu dwar binhom kif ukoll waqt is-sessjonijiet ta’ marriage counselling.