Tifla ta’ 3 snin li kienet passiġġiera u mara ħelsuha bi ġrieħi ħfief wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-każ seħħ għall-ħabta tasl-10:30 fit-Telgħa ta’ Selmun fil-Mellieħa meta seħħet ħabta bejn karozza tal-għamla Kia misjuqa minn mara ta’ 39 sena mill-Mellieħa b’passiġġiera, tifla ta’ 3 snin u Toyota Vitz misjuqa minn tfajla ta’ 26 sena mix-Xewkija.
Fuq il-post issejħu ambulanzi fejn ħadu liż-żewġ xufiera u lit-tifla l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn it-tifla u l-mara li kienet qed issuq indarbu ħafif, filwaqt li l-kundizzjoni tal-mara li kienet qed issuq it-Toyota Vitz, għadha pendenti.