Il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima giddeb lill-Partit Nazzjonalista, dwar stqarrija li fiha qal li l-għalliema qed ikomplu jirriżenjaw.
F’ċifri li ppubblika fuq il-midja soċjali, il-Ministru Grima nnota li l-ingaġġ tal-għalliema kien ferm aktar mir-riżenji li kien hemm.
Intqal li meta mqabbel mal-popolazzjoni tal-edukaturi, il-proporzjon affettwa kien ta’ 1.1% bħala riżenji u ta’ 3.7% bħala ingaġġ.
Il-Ministru Grima sostna li f’din is-sena skolastika hemm iktar edukaturi regolari mis-sena l-oħra. Preċiżament hemm 288 edukatur regolari iktar mis-sena skolastika li għaddiet.
Fl-istess kitba ntqal li f’numru ta’ stanzi, dawn il-ħaddiema jibqgħu fis-settur edukattiv u anki jibdew impjieg f’istituzzjonijiet ogħla fejn tinħass il-ħtieġa tagħhom minħabba l-ammont ikbar ta’ studenti li qed jibqgħu fl-edukazzjoni wara li jtemmu l-iskola sekondarja. Dan f’kuntest li r-rata tal-early school leavers f’Malta kompliet tonqos.