Svetlana Muscat ġiet meħlusa minn kull akkuża, li setgħet wettqet xi ħaġa ħażina wara li fl-uffiċċju tagħha fil-Ħabs, l-allegat mandat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech, kellu laqgħa b’kumbinazzjoni ma’ persuna oħra.
Il-Ministeru għall-Intern ikkonferma li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ma sabu l-ebda raġuni biex Muscat tiġi akkużata kriminalment. Meta ħarġet l-aħbar tal-laqgħa, Muscat kienet ġiet sospiża mir-rwol ta’ Kap tal-Istrateġija tas-Servizzi Korrettivi.
L-investigazzjonijiet mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali, taħt id-direzzjoni tal-Assistent Kummissarju Keith Arnaud, ikkonkludew li b’hekk mhux se jinbdew proċeduri fil-konfront tagħha.
Madankollu, il-Ministeru kkonferma li Muscat ġiet trasferita mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.