Fl-aħħar sigħat l-MCAST u l-MUT iltaqgħu fuq il-mejda tan-negozjati sabiex jippruvaw jilħqu ftehim bejniethom dwar diversi punti dwar il-ftehim kollettiv tal-letturi.
Mistoqsi minn ONE NEWS dwar dan, il-Ministru għall-Edukazzjoni qal li jidher li qed isir progress f’dawn in-negozjati.
Nhar il-Ħadd li għadda, fil-preżenza tal-Prim Ministru Robert Abela, il-President tal-MUT qal li mistennija jkompli dawn in-negozjati.
Bonnici kien laqa’ l-messaġġ tal-Prim Ministru li t-Tribunal m’huwiex il-format ideali u b’hekk ħeġġeġ biex ikomplu n-negozjati. Għaldaqstant, l-President tal-MUT, tenna kif in-negozjati bejn il-partijiet komplew u mistennija jissoktaw fil-ġimgħat li ġejjin.