Bejn id-9 u l-10 ta’ Novembru li ġej, l-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906 tal-Ħamrun, se tkun qed itella’ rappreżentazzjoni teatrali bl-isem ta’ ‘Teatinos – Tweġiba għal Sejħa’ fit-teatru tal-Liċeo, il-Ħamrun fi Triq Wenzu Mallia.
Dan id-dramm li huwa fuq kitba oriġinali ta’ Brian Bonnici u direzzjoni ta’ Tanya Agius Borg jitratta t-twaqqif tal-ordni tal-Kjeriċi Regolari, jew kif inhuma magħrufa aħjar, it-Teatini, mill-Patrun tal-għaqda tagħna u tal-Ħamrun, San Gejtanu, li propju kien wieħed minn 4 fundaturi.
Dan id-dramm se jkun qed jagħlaq ftit aktar minn sena ċelebrazzjonijiet li fakkru l-ħames ċentinarju mit-twaqqif ta’ din l-ordni, mill-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu.
Id-dramm Teatinos għandu numru ta’ atturi stabbiliti, fosthom John Vassallo li se jkun qed jinterpreta l-parti ta’ San Gejtanu u atturi oħra bħal: Klinsmann Spiteri, Rita Camilleri, Kimberly Ancilleri, Shawn Ciantar, Kurt Harmsworth, Victor Vella, Jeffrey Scicluna, Damian Aquilina, Thomas Grixti, Thomas Agius, Hilary Desira, Anthony Cini, Francine Borg u Gilbert Rene Scerri Gill fost oħrajn.
Biljetti għal dan id-dramm jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit ticketline.com.mt jew inkella billi wieħed iċempel fuq 99662178 jew 99394431.