Minħabba previżjonijiet ta’ xita u riħ qawwi mbassra għal nhar il-Ġimgħa 18 u s-Sibt 19 ta’ Ottubru, ittieħdet id-deċiżjoni li l-attività ‘Fuq il-Festa’ li kellha ssir f’Pjazza Tritoni, il-Belt Valletta, ma ssirx u minflok jixxandar programm televiżiv speċjali fuq TVM iktar tard f’Novembru b’rabta ma’ dan l-avveniment.
Minkejja dan, il-Quddiesa fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann nhar is-Sibt 19 ta’ Ottubru fil-17:30 ser issir kif ippjanat.
Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali jirringrazzja lil kull min kien se jieħu sehem f’din l-attività.
Il-programm speċjali ddedikat għal din l-attività se jixxandar fuq TVM nhar id-29 ta’ Novembru 2024.
Kull min jixtieq jikseb kopja tal-Mazz Vari, li ġew imnedija fl-aħħar jiem jista’ jibgħat email fuq form.culture@gov.mt jew jċempel lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali fuq 25584900.