Raġel ta’ 30 sena minn Birkirkara, li jaħdem bħala assistent infermier f’dar tal-anzjani, ammetta li kien fil-pussess u qassam pornografija li tinkludi abbuż fuq tfal taħt id-disa’ snin.
Il-materjali nstabu fuq apparat elettroniku, u l-qorti kkundannatu għal sentenza ta’ sentejn ħabs, sospiża għal erba’ snin, flimkien ma’ ordni ta’ kura għal tliet snin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ġie wkoll irreġistrat fuq ir-reġistru tal-abbuż sesswali, bil-maġistrat jenfasizza li kull ksur ta’ din l-ordni jista’ jwassal għal żmien fil-ħabs.