Jidher li t-temp xemxi qed jattira aktar nies lejn Għawdex. Dan hekk kif qarrejja ta’ one.com.mt, spjegawlna li ma’ tlugħ ix-xemx serbut twil ta’ karozzi kienu qed jistennew biex jibdew il-vjaġġ tagħhom minn Malta għal gżira ta’ Għawdex.
Illum f’pajjiżna tiġi ċċelebrata ukoll il-Festa ta’ San Ġużepp li hija festa pubblika, u għalhekk aktar nies ma jkunux xogħol u jkunu jistgħu jgawdu temp tipiku Malti.
Bla dubju, li dawk li se jerħulha lejn Għawdex se jkunu qed iżuru ż-żona tad-Dwejra biex jaraw xena differenti minn dik li għandhom fir-ritratti u bħal donnhom jikkonfermaw dak li raw fuq l-aħbarijiet u l-midja soċjali.