L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-MTA, se tniedi uffiċjalment niċċa turistika ġdida biex tkompli tiddiversifika din l-industrija b’saħħitha f’pajjiżna.
Fil-fatt fil-ġimgħat li ġejjin mistennija tħabbar kif biħsiebha tattira barranin biex iżuruna u jgawdu mill-patrimonju rikk ta’ siti militari u storiċi li għandna, bil-kollaborazzjoni ta’ Heritage Malta u l-assoċjazzjoni dwar l-oqbra militari tal-Commonwealth.
Permezz tal-brand VisitMalta, din l-inizjattiva ġdida mistennija tkompli ssaħħaħ is-settur turistiku, li din is-sena wkoll qed jara ċifri aħjar mir-rekords tas-sena li għaddiet.
Wara t-tnedija tan-niċċa reliġjuża, li wkoll qed taqbad mat-turisti, in-niċċa militari issa mistennija tesponi iżjed is-sinifikat militari storiku, inkluż dak tal-fortifikazzjonijiet, monumenti, ċimiterji għas-suldati u siti oħrajn mifruxin madwar il-pajjiż.