Tħabbru t-30 kanzunetta, li għaddew għall-fażi li jmiss tal-festival prestiġjuż bil-Malti, ‘Mużika Mużika’, li s-serati finali se jsiru bejn is-27 u d-29 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla.
Is-sottomisjonijiet għal din il-ħames edizzjoni tal-festival għalqu fis-27 ta’ Settembru li għadda u, għal darb’oħra, ir-rispons mill-artisti, il-kompożituri u l-awturi kien wieħed qawwi u ta’ livell għoli.
Fil-proċess, it-30 kanzunetta ntagħżlu minn membri tal-ġurija fil-preżenza ta’ nutar tal-Gvern wara li ġew iġġudikati s-sottomissjonijiet kollha.
Dawn issa jridu jiġu interpretati live quddiem membri ġurija differenti biex ikunu jistgħu jintagħżlu s-sittax-il kanzunetta finalista li se jiġu ppreżentati f’Marzu li ġej.
It-30 kanzunetta li għaddew għall-fażi li jmiss (f’ordni alfabetika);
Aħjar, Festa, Filgħodu, Fuq!, Ġenna Fl-Art, Għadna Ngħoddu, Għannaqtek, Għatxan, Ħsibijiet, Inħobbok Wisq, Int Kollox Għalija. Intbaħt, Jekk Forsi, Jista’ Jkun, Jum Wara Jum, L-Aħħar Jum, L-Imħabba Verità, Ma Nafx, Mill-Qalb, Narak Illejla, Nerġa’ Nqum, Nibqa’ Ħdejk, Perfett, Sabutaġġ, Stajna Konna Aħna, Stennieni Ġej, Supereroj, Tagħna t-Tnejn, Tiegħek Jien, Żerniq