Aktar minn 300,000 votant mar jivvota fl-ewwel jum ta’ votazzjoni bikrija fl-istat ta’ Georgia li hu meqjus bħala wieħed mill-istati importanti fl-elezzjoni presidenzjali Amerikana ta’ din is-sena bejn il-viċi President Kamala Harris u l-ex President Donald Trump.
Dan l-ammont qed jitqies bħala wieħed rekord hekk kif fl-ewwel ġurnata tal-elezzjoni 4 snin ilu kien biss in-nofs 136,000 li marru jivvutaw meta l-ġlieda kienet bejn Donald Trump u Joe Biden.
Kemm Harris kif ukoll Trump iridu li jirbħu l-istat ta’ Georgia bi Trump jagħmel Rally fil-kapitali Atlanta lbieraħ filwaqt li Harris se tagħmel avveniment fil-belt nhar is-Sibt.
Fl-2020 il-President Joe Biden sar l-ewwel Demokratiku li rebaħ dan l-istat mill-1992, vittorja li kienet prinċiparjament attribwita għall-fatt li l-popolazzjoni ta’ karnaġġjon skur li tagħmel parti minn terz tar-residenti f’dan l-istat, kienu ħarġu jivvutaw bi ħġarhom.