Illum, il-Prim Ministru Robert Abela se jmur lejn il-kapitali Belġjana, Brussell, fejn se jattendi għal-laqgħa għolja bejn il-mexxejja Ewropej u dawk tal-Golf.
Il-laqgħa tal-Erbgħa se tkun l-ewwel waħda li se ssir bejn il-mexxejja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u l-mexxejja tal-Golf. Dan hekk kif għall-aħħar snin, il-laqgħat bejn il-pajjiżi Ewropej u tal-Golf, kienu dawk Ministerjali.
Fuq l-aġenda f’din il-laqgħa hemm li jkun aktar ħidma bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf, anki f’perjodu fejn sfidi ġeopolitiċi, minħabba l-Gwerra fil-Lvant Nofsani.
Il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf jinkludi l-Baħrejn, il-Kuwajt, l-Oman, il-Qatar, l-Arabija Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda.
Imbagħad, għada u l-Ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela, fi Brussell stess, se jieħu sehem f’Summit tal-Kunsill Ewropew.