L-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret it-tnedija ta’ konsultazzjoni pubblika dwar il-pjani lokali ta’ Paceville, b’mod partikolari ż-żona fejn tinsab Villa Rosa u fejn qed jiġi propost żvilupp kbir.
Ilbieraħ, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se tkun qed titnieda tali konsultazzjoni u tenna dwar l-importanza li pajjiżna jattira investimenti ta’ kwalità, bħalm hu dak ta’ Villa Rosa, li jiżguraw żvilupp sostenibbli.
Sadanittant, fl-istess waqt, l-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret ukoll, fi stqarrija, li nediet konsultazzjonijiet oħrajn b’rabta mal-pjani lokali, inklużi dawk li jittrattaw iż-żoni rurali u dawk t’Għawdex u Kemmuna.
Dan għandu l-għan li jġib l-iżvilupp f’konformità mal-istandards kontemporanji, filwaqt li jipproteġi żoni sensittivi.
Is-sottomisjonijiet tal-pubbliku jistgħu jsiru fuq is-sit uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar.