Fi stqarrija, il-kumpanija De La Rue ħabbret li daħħlet fi ftehim għall-bejgħ tad-Diviżjoni tal-Awtentikazzjoni tagħha lil Crane NXT, Co.
Dan il-bejgħ sar għas-somma ta’ £300 miljun u dan se jintużaw biex jiħallas id-dejn u jitnaqqas ir-riskju tal-iskema tal-pensjonijiet tal-kumpanija.
Intqal li dan il-pass se jsaħħaħ ir-reżiljenza u l-flessibilità tal-grupp, li se jiffoka fuq l-istampar tal-flus, waqt li tibqa’ aktar profittabbli.
Il-kumpanija sostniet kif l-investiment f’Malta se jkompli, bil-ħidma fuq il-faċilitajiet biex isiru aktar avvanzi teknoloġiċi u l-akbar fabbrika tal-flus fid-diviżjoni globali ta’ De La Rue.
Intqal li Malta se tibqa’ punt ċentrali għall-investiment mill-Grupp.