61% tal-ħwienet tal-catering qed ibassru li fiż-żmien li ġej se jkollhom dħul akbar minn dak li għandhom bħalissa.
Dan ħareġ minn studju li sar mill-Professur Vincent Marmara dwar l-istabbilimenti tal-catering, li ġie kkummissjonat mill-Assoċjazzjoni għall-Istabbilimenti tal-Catering u li sar fl-ewwel nofs ta’ din is-sena.
B’dan l-istħarriġ sar fost 200 persuna, li għandhom ħanut tal-catering, b’firxa wiesgħa għar-ristoranti u anki kiosks.
Minn dan l-istħarriġ ħareġ ukoll kif aktar minn kwart tal-ħwienet qalu li kellhom profit simili għal dak tas-sena l-oħra.
Ħareġ kif sittin u ħamsa fil-mija tal-ħwienet tal-catering għamlu investiment f’din l-aħħar sena u madwar 44% tal-ħwienet qed jikkonsidraw jew se jinvestu fil-ħwienet tagħhom matul it-tnax-il xahar li ġejjin.
Minn dan l-istħarriġ ħareġ kif kull persuna tonfoq medja ta’ ftit inqas minn €26.
Il-Professur Vincent Marmara sostna li dan huwa l-ewwel minn sensiela ta’ sondaġġi mill-ACE u aktar kemm isiru aktar tinġabar informazzjoni.