Il-programm AWLA ta’ din il-ġimgħa se jwasslilna l-istorja ta’ Charlie, gradwat b’baċellerat fix-xjenza u Business Administration, imma ġie Malta biex jaħdem bħala cleaner. Kemm ħallas biex ġie Malta u kemm kien jitħallas ta’ xogħlu?
L-istorja kollha narawha waqt AWLA, illum it-Tlieta 15 t’Ottubru fid-20:45 fuq ONE
AWLA se jkun qed imur oltre’ minn din l-istorja ta’ Charlie. Se jkun qed jiddiskuti dak li qed jitkellmu fuqu n-nies, u għalhekk se jiddiskuti l-‘over-population‘ u l-ħaddiema barranin.
Ronald Vassallo se jmexxi diskussjoni matura ma’ diversi mistiedna fl-istudjo.