Illum waranofsinhar, il-Parlament sellem il-memorja tal-Avukat Joe Brincat, li miet fit-2 ta’ Awwissu li għadda, fl-età ta’ 80 sena.
Fost dawk li sellmu lill-eks Deputat Mexxej Laburista kien hemm il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, li sostna kif fit-taħdidiet li kellu kien jitkellem dwar ir-riformi li għamel fi żmien meta kien Ministru għall-Ġustizzja.
Dr Abela semma kif hu baqa’ jippratikka fil-Qorti sal-aħħar ta’ ħajtu u kellu pożittività liema bħalha.
Sellem ukoll il-memorja tal-Avukat Brincat, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.