Infetaħ uffiċjalment iċ-ċentru l-ġdid ta’ marul il-jum għall-anzjani fil-Belt Valletta.
Dan iċ-ċentru qed jitlaqqa’ fil-binja tal-Kunsill Lokali, fiċ-ċentru tal-kapitali.
B’dan huwa t-32 ċentru tal-anzjanità attiva f’pajjiżna.
Dan ġie inawgurat waqt żjara li għamlu s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli.
Fuq fomm l-anzjani li attendew għall-ewwel darba f’dan iċ-ċentru, il-pożittività.
Is-Segretarji Parlamentari sostnew kif bil-kolaborazzjoni mal-Kunsill wasal biex l-anzjani qed jiksbu aktar ħiliet u titjieb il-kwalità tal-ħajja li qed jgħixu.