Il-kumpanijia Maltija ta’ konsulenza internazzjonali tas-Sajd, l-AquaBioTech, ingħatat l-inkarigu biex tirrivulozjona s-settur tal-akkwakultura u s-sajd fl-Oman.
L-AquaBioTech ħabbret li assigurat kuntratt ta’ servizzi ta’ konsulenza ma’ ‘Fisheries Development Oman’, li hija kumpanijia tal-gvern tal-Oman fis-settur tas-Sajd, u dan biex jgħin jixpruna t-tkabbir tal-industrija tal-akwakultura fil-pajjiż.
L-aħbar waslet hekk kif l-FDO qed tħejji biex tingħaqad ma’ kumpanija oħra bl-isem – ‘Oman Food Investment Holding Company’, bl-iskop li tinħoloq kumpanija kbira waħda tal-ikel li tkopri katina sħiħa fl-Oman.
Minbarra li jingħata ċans għal investiment akbar fl-industrija tal-ikel, dan is-sieħeb kummerċjali wieħed jista’ jwassal biex isaħħaħ l-industrija fl-Oman.
Skond l-AquaBioTech, fornitur prominenti fl-akwakultura u s-Sajd bi preżenża ta’ ħamsa u ħamsin pajjiż minn madwar id-dinja, il-ftehim ta’ servizzi kuntrattwali jsaħħaħ il-kumpanija tal-istat FDO .
Badar Said al Naabi, li huwa direttur tal-kumpanija FDO kien ikkotwat jgħid li s-settur tas-Sajd fl-Oman huwa essenjali għal l-ekonomija tal-pajjiż.
Permezz ta’ nvestimenti u inizzjattivi bħal dawn, tkun imsaħħa l-pożizzjoni tal-Omman fl-iswieq internazzjonali tas-Sajd, waqt li jkun hemm aktar potenzjal fl-iżvilupp tal-akwakultura.