Hekk kif fix-xahar ta’ Ottubru jfakkar il-kuxjenza dwar l-ADHD, l-għaqdu ADHD Malta ngħaqdu mal-Fondazzjoni ‘Inħobb il-Futbol’, fejn flimkien qed jaħdmu biex titqajjem aktar kuxjenza dwar l-ADHD.
Tkellimna mal-President ta’ ADHD Malta, Pamela Muscat, fejn waqt t-tnedija ta’ dan il-proġett, semmiet kif qed isir taħriġ lil dawk li jgħallmu l-isport fl-iskejjel. Semmiet kif se ssir attività fejn it-tfal se jkunu mħeġġa jilbsu l-oranġju, il-kulur assoċċjat ma’ din il-kundizzjoni, f’bosta skejjel madwar il-pajjiż.
Qalet, “Mhux kull skola tista’ tagħmel din l-attività nhar it-Tnejn 14 t’Ottubru, pero’ qegħdin nagħtu l-opportunità li min jixtieq ikompli tul Ottubru kollu, jieħu sehem f’din l-attività, jagħmel hekk u jibgħatilna xi ritratti, jittegja jew lilna jew lill-IFF fuq il-midja soċjali, ħalli nkunu nistgħu ntellgħu r-ritratti flimkien.”
Muscat semmiet kif dan il-proġett qed isir b’appoġġ mill-Ministeri għall-Edukazzjoni u għall-Inklużjoni. Intqal li l-għan ta’ din l-attività hu li tinħoloq kuxjenza kemm dwar din il-kundizzjoni u dwar l-importanza tal-isport fl-iskejjel.