Finlandiż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li seħħ argument quddiem stabbiliment tad-divertiment fil-Munxar, Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ dalgħodu fi Triq ix-Xlendi.
Fuq il-post marru l-Pulizija li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel weġġa’ waqt argument.
Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għall-aktar kura.
Dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali.