Fl-aħħar jiem, l-uffiċjali tal-infurzar ta’ Transport Malta intervjenaw f’71 inċident, li jinvolvu kollużjonijiet jew ħsara fil-vetturi.
Dan intqal f’kitba fuq il-midja soċjali minn Transport Malta ntqal li l-ħin medju ta’ rispons mill-uffiċjali tal-infurzar kien ta’ inqas minn kwarta.
B’dawn jinkludu għaxar ħabtiet bi ġrieħi, sitt inċidenti b’tixrid ta’ fuel jew żejt, vettura ħadet in-nar, ħmistax-il ħsara ta’ vettura u 38 ħabtiet mingħajr ġrieħi.
Intqal li din l-informazzjoni tinkludi wkoll żewġ inċidenti maġġuri li seħħew din il-ġimgħa, fosthom it-trailer maqlub fi Vjal l-Avjazzjoni u l-vann maqlub fil-bypass tal-Imrieħel.
Transport Malta appellat lis-sewwieqa kollha biex jibqgħu viġilanti u jsuqu b’mod sigur.