Ingliż ta’ 66 sena tilef ħajtu waqt li aktar kmieni dalgħodu kien qiegħed jogħdos fiċ-Ċirkewwa.
Kienu xi l-ħdax meta ntalbet l-għajnuna hekk kif bugħaddas kien jinsab f’diffikultà u li kien ittella’ mill-baħar minn xi nies li kienu miegħu.
Huwa beda jingħata l-assistenza medika u ftit wara ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei.
Sfortunatament huwa miet ftit tal-ħin wara l-isptar.
Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ tagħha fuq dan l-inċident, filwaqt li nħatret inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Dr Joe Mifsud.