Fil-marġini tal-laqgħa tal-MED 9 f’Ċipru, il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqgħa bilaterali mar-Re Abdullah II tal-Ġordan.
Hawnhekk ġew diskussi diversi temi fosthom il-paċi u s-sigurtà fil-Lvant Nofsani.
Hawnhekk il-Prim Ministru Robert Abela tenna s-sejħa ta’ Malta għall-waqfien immedjat mill-ġlied fil-Libanu u f’Gaza.
Dr Abela sostna li Malta taqbel li l-Unjoni Ewropea tappoġġja bi sħiħ lill-Ġordan, hekk kif dan il-pajjiż qed joffri kenn lil numru ta’ refuġjati li telqu mill-pajjiżi li fihom għaddej il-ġlied.
Huwa temm jgħid li jħares ’il quddiem għal aktar kollaborazzjoni mal-Ġordan fuq temi reġjonali.