Waqt Forum dwar il-Midja u l-Informazzjoni, organizzat minn membri tal-Oppożizzjoni, il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard tkellem dwar l-impenn tal-Gvern fuq is-suġġett, tant li Malta kienet l-ewwel membru stat fl-Unjoni Ewropa li daħħlet id-Direttiva Anti-Slapp.
Intqal li issa, wara dan il-pass, il-Gvern jista’ jressaq abbozzi ta’ liġijiet li jagħtu aktar protezzjoni lill-midja, li diġà tressqu quddiem il-Parlament u twaqqfu fuq il-premessa li għandha ssir aktar konsultazzjoni.
B’dawn l-abbozzi jikkonsolidaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta pubblika marbuta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dwar il-kwistjoni tal-libelli, il-Ministru Attard sostna li hu ddispjaċut li l-Gvern għadu m’aġġixxiex biex jipproteġi lill-vittmi ta’ dawk li jabbużaw mil-libertà tal-espressjoni.
Qal, “Insellem lil dawk li mhux biss, bħall-kollega tiegħi Carmelo Abela, bil-kuraġġ u bil-perseverenza, iddefenda l-integrità tiegħu fil-Qrati, imma wkoll lil dawk li naqashom il-kuraġġ, għax jaraw li r-rimedju offrut fil-verità mhu rimedju xejn u jekk irridu diskussjoni mnebbħa mis-sewwa u mis-sens ta’ ġustizzja dawn huma temi li rridu niddiskutu.”