Arani Issa, il-programm li jiċċelebra l-valuri tagħna l-Maltin u l-Għawdxin jissokta din il-ġimgħa bit-tieni programm ta’ din id-dzatax-il edizzjoni. Storja waħda isbaħ mill-oħra, waħda aktar emozzjonanti mill-oħra!
Din il-ġimgha l-istorja ta’ Thiago li bla dubju tisraq il-qlub ta’ kulhadd. Ser napprezzaw flimkien il-kuraġġ ta’ din il-familja Żejtunija li tagħmel minn kollox għat-tifel tagħha Thiago, tifel li għaddej minn diffikultajiet kbar iżda li huwa ċċirkundat b’ imħabba tant kbira u rispettabli. Xi bżonnijiet għandu Thiago u kif nistgħu ngħinuh lil dan it-tifel tant speċjali?
Din il-ġimgħa wkoll naraw il-ħlewwa ta’ Rita, din il-mara mill-Fgura li qed tiddedika ħajjitha għal ommha l-għażiża, kif ukoll ser nammiraw il-kuraġġ ta’ Josephine waqt li tiftaħ qalbha mat-telespettaturi minn xiex inhi għaddejja u l-kuraġġ li tħaddan kuljum ta’ ħajjitha!
ARANI ISSA jixxandar is-Sibt fid-8:45pm fuq ONE