Hekk kif ingħata bidlu għall-Valletta Green Festival fi Pjazza San Gorġ qed tiddomina infiorata li turi l-pjanta tal-Belt bin-numru 450 fuqha. 450 sena ta’ storja tal-Belt Kapitali ta’ pajjiżna. Storja glorjuża li llum qed napprezzawha iktar minn qatt qabel u għalhekk nistennew li jkunu ħafna li jżuru l-Belt għal dan l-avveniment tal-Fondazzjoni Valletta 2018.
Dan il-festival ngħata bidu llum u jibqa’ għaddej sa nhar il-Ħadd 8 ta’ Mejju. B’kollox hemm madwar 80,000 xitla u l-preparamenti bdew f’Jannar li għadda. wara li jintemm dan il-proġett se jitqiegħdu f’diversi siti u lokalitajiet.
Iċ-Ċermen tal-V18, Jason Micallef qal li kull sena nisfidaw lilna nfusna biex nagħmlu proġett dejjem ikbar b’attrazzjonijiet sostenibbli. Huwa għamel referenza għall-ftuħ ta’ żewġ ġonna ġodda fil-belt kapitali u li huma meqjusa bħala addizzjoni ġdida għal dan il-festival.
Ritratt: V18