Unġeriż ta’ 56 sena weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Belt Valletta.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija fi Triq San Pawl.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li l-Ungeriż intlaqat minn Toyota Auris li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 51 sena residenti San Ġwann.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.