L-uffiċċju Ewropew għal kontra l-frodi, l-OLAF, ma sab l-ebda evidenza ta’ frodi jew irregolaritajiet fil-konfront ta’ żviluppatur.
Kien l-Ewroparlamentari Nazzjonalista Peter Agius li, f’Marzu li għadda, irrapporta lill-iżviluppatur Kurt Buhagiar fejn allega li dan uża mat-€360,000 minn fondi Ewropej, il-massimu li seta’ jikseb, biex jibni villa fin-Naxxar, minflok razzett tan-nagħaġ, kif suppost.
Meta fetaħ il-każ, Agius, li sa dakinhar kien għadu librar u kandidat Nazzjonalista għall-elezzjonijiet ta’ Ġunju li għadda, it-Times mill-ewwel kienet innotat li ħa falza stikka, wara li wkoll żaret il-post.
Dakinhar ukoll kien irrapportat li l-post hu tassew razzett tan-nagħaġ minn fejn isiru prodotti tal-ħalib.
Issa l-OLAF ukoll ma sab xejn minn dak li allega Agius u kixfet lill-Ewroparlamentari Nazzjonalista li kien spara akkużi bl-addoċċ, mingħajr lanqas biss ivverifika l-fatti qabel, basta pprova jiskorja punti politiċi.