Il-Ministru Malti responsabbli mill-Intern Byron Camilleri kellu laqgħa mal-Partit tas-Soċjalisti fil-Lussemburgu flimkien mal-Kummissarju Ewropew Ylva Johansson u l-Ministri għall-Intern ta’ Spanja u l-Ġermanja.
Fuq il-Pjattaforma X l-istess Partit kiteb kif il-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata hija prijorità għall-familja politika tagħhom.
Intant, intqal li f’din il-laqgħa ħeġġew lill-Unjoni Ewropea tibni fuq il-pedamenti sodi stabbiliti mill-Kummissarju għall-Affarijiet Interni u tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni tal-pulizija fil-mandat li ġej.