Niġerjan ta’ 34 sena ammetta li kellu fil-pussess tiegħu 89 pakkett bil-kannabis f’bar fil-Marsa, li nstabu waqt spezzjonijiet b’rabta mal-immigrazzjoni irregolari.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Filmati mill-kameras tas-sigurtà wrew lill-akkużat iġorr kontenitur li fih instabet id-droga.
Mill-investigazzjonijiet irriżulta li hu għandu k karta tal-identità Taljana u permess ta’ residenza f’Malta skadut.
Il-Maġistrat Nadine Sant Lia qalet li se tagħti s-sentenza wara li jiġi stabbilit l-ammont ta’ ħlas tal-esperti mqabbdin fil-kawża.