Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota li l-Partit Nazzjonalista kien minn tal-ewwel li xerred fake news u saħansitra jipprova jiġbor punti politiċi, mingħajr ma jiċċekkja l-fatti bażiċi.
Wara li l-Partit Nazzjonalista ħareġ jikkritika s-servizzi tal-Malta Public Transport dwar ir-rotot tal-karozzi tal-linja 300 u X300, stqarrija tal-MPT kixfet in-narrattiva qarrieqa tal-Oppożizzjoni fejn spjegat kif it-tibdil fl-iskeda mis-sajf għax-xitwa ħoloq interuzzjonijiet minimi li issa ġew riżolti, tant li s-servizz qed jopera skont l-iskeda din il-ġimgħa.
Ħaddieħor irid imexxi bil-politika tal-Facebook.
“Aħna kommessi li nħaddmu l-politika tagħna fl-aqwa interess tal-Għawdxin u l-Maltin”, temm jgħid il-Partit Laburista.