Franċiż ta’ 22 sena, Come Girardot, qabeż minn għoli ta’ iżjed minn 145 pied, jew iżjed minn 44 metru, f’tentattiv biex jikser rekord dinji.
Iż-żagħżugħ minn Bordeaux qabeż minn fuq l-irdum tal-kaskata La Cimbarra ħdejn il-belt ta’ Aldeaquemada fi Spanja f’kundizzjoni tat-temp mhux daqshekk favorevoli peress li kien riħ qawwi.
Il-qabża fl-arja damet tliet sekondi u għodos fl-ilma b’veloċità ta’ 106 kilometru fis-siegħa.
F’kumment wara hu qal li l-akbar ostaklu kien il-ħsieb mentali qabel il-qabża, filwaqt li rrimarka li l-ħin qabel l-mpatt mal-ilma kien aktar milli ħaseb u f’dak il-mument esperjenza sensazzjoni ta’ adrenalina kbira.
In-Norveġiż Ken Stornes u l-Iżvizzeru Lucien Charlon, li t-tnejn kienu preżenti bħala lifeguards, qalu li huma jifformaw parti minn grupp ta’ ħbieb. Stornes innifsu kien waqqaf rekord b’qabża ta’ 40.5 metri f’Diċembru tal-2023 u Charlon kien tejjeb il-qabża għal 41.7 metri f’Awwissu li għadda.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI